Għandi persuni b’diżabbiltà fil-familja li jużaw is-siġġu tar-roti. Applikajna u ngħatajna parkeġġ riżervat quddiem id-dar tagħna. Minn xi sena ’l hawn sar tibdil fejn dan il-parkeġġ riservat jista’ jintuża’ minn kulmin għandu sticker blu, kemm jekk jgħix f’raħal ieħor u saħansitra turisti bil-karozzi tal-kiri.
Dan ikkonfermajtu mal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Meta tlabna spjegazzjoni qalulna li hemm bżonn isir hekk għax hawn ħafna parkeġġi riservati mhux mistħoqqha. Jekk dan hu l-każ hemm bżonn pieni aktar ħorox għal dan l-abbuż. Minħabba dan l-abbuż ibatu kemm il-persuni b’diżabbiltà kif ukoll il-poplu.
Jekk ma tafux, illum, il-persuni b’diżabiltà jridu jħallsu ta’ sticker blu li tippermettilhom jipparkjaw quddiem id-dar tagħhom.
Dan jistgħu jagħmluh biss meta ħaddieħor bl-isticker blu ma jkunx ipparkja qabel.
Jekk jiġri dan, paċenzja, l-isticker il-blu ma tiswa xejn.
L-aħħar inċident kien fl-20 ta’ Marzu meta karozza mingħajr l-isticker ipparkjat fuq reserved parking. Għax ir-reserved parking ma kienx għall-persuna b’diżabbiltà partikolari din il-karozza ma setgħetx tkun ittowjata. Affarijiet li ma jitwemmnux.
L-awtoritajiet jeħtieġ jiddeċiedu jekk ir-reserved parking għal persuna b’diżabbiltà quddiem id-dar tagħha għandux verament ikun riservat għal dik il-persuna jew il-parkeġġ ikun riżervat b’mod pubbliku bħalma ssib f’kull parkeġġ.
Għaliex il-karozzi kollha bla sticker blu li jinqabdu fuq parkeġġ riservat ma jkunux ittowjati mill-ewwel?
Inħeġġeġ lil oħrajn li jinsabu fl-istess sitwazzjoni biex jiefqu jgergru weħidhom u jiktbu nota lill-gazzetti biex jittieħdu passi biex is-sitwazzjoni ma tibqax sejra l-baħar.
S. M. Debono
San Pawl il-Baħar
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt