18 ta' Marzu 2007 • Nr 20

Arkivji




 

 

 

18 ta' Marzu 2007
Ma’ min jagħmel il-Valletta Waterfront?

L-investiment infrastrutturali li sar għall-proġett tal-Valletta Waterfront f’żona tal-Port il-Kbir li sa żmien ilu forsi ma kienet tinteressa lil ħadd bħal donnha qajmet ferment minn naħa tal-Kunsill Furjaniż fejn kienet kostretta li “tiġġilidha” sakemm l-awtoritajiet jaċċettaw li hija fit-territorju tagħhom.
Ma rridx nibda polemika ġdida. Imma mindu kont zgħir kont nismagħhom jgħidu li Pinto Wharf, li tasal sal-post li fl-antik kienu jsibuh bħala Bieb ix-Xewka, kien il-post eżatt fejn jispiċċaw l-istores, preċiżament quddiem l-Għassa l-ġdida tal-proġett, li nsibuha fil-Marsa. Minn hemm ’il quddiem lejn id-Dwana jiġi fil-konfini tal-Belt.
Li jappartjeni lill-Floriana, safejn jidhirli jien, hi t-Telgħa tal-Kurcifiss, anki jekk din kienet kostruzzjoni li saret iktar tard matul iż-żmien.
Jekk ‘Ta’ Pintu’, kif insibuh aħna l-Marsin, qiegħed fil-konfini Furjaniż, allura hija ħasra u ta’ l-iskantament kif dawn ta’ l-aħħar qatt ma kellhom club tar-regatta fis-subborg tagħhom !
Alfred Farrugia
Sta. Luċia

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt