11 ta' Marzu 2007 • Nr 19

Arkivji




 

 

 

11 ta' Marzu 2007
“Attenti tinsab fi stat perikoluż”

Julia Farrugia

Kappella f’Ħal Qormi li nbniet fl-1653 tinsab fi stat perikoluż. Il-kappella magħrufa bħala Santa Marija tal-Qrejqċa għandha mwaħħlin magħha żewġ tabelli li jgħidu: “Attenti tinsab fi stat perikoluż.”
Min waħħal it-tabelli rnexxielu jolqot żewġ għasafar b’ġebla waħda. Mhux biss għax il-kappella tinsab fi stat tal-biki imma wkoll għaliex il-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi ħalla sinjali ma’ l-art li jagħtu permess lil persuni biex jipparkjaw. It-tama ta’ min waħħal it-tabelli kien li min qed jipparkja jintebaħ li l-karozza tiegħu tinsab f’żona perikoluża.
Il-kappella ta’ Santa Marija tal-Qrejqċa ħadet l-isem tagħha minn tradizzjoni li għandha għeruq antiki ħafna. Jingħad li fl-imgħoddi meta kienu jsiru l-Visti tas-Seba’ Santa Marijiet il-pellegrini kienu jtemmu l-mixja tagħhom f’din il-kappella. Skond tabella mwaħħla ma’ dan il-post storiku hemm miktub li l-kappella tlaqqmet bħala ‘Tal- Qrejqċa’ għaliex fl-antik il-Prokuratur tal-post kien jagħti ikel lill-pellegrini biex jitrejqu. Skond l-istorja n-nies kienu jingħataw biċċiet tal-majjal imsajra. Din kienet tissejjaħ qarquċa. Il-plural tal-kelma hu qrejqċa.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt