11 ta' Marzu 2007 • Nr 19

Arkivji




 

 

 

11 ta' Marzu 2007
Hold-up fi spiżerija oħra

It-tielet hold-up fuq spiżerija fi spazju ta’ ġimgħa u nofs.
L-aħħar serqa armata seħħet il bieraħ fit-7.40pm minn spiżerija fi Triq iċ-Ċeppun Ħal Għaxaq.
Raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u ordna lill-ispiżjar jagħtih il-flus kollha li kellu fuqu. Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post flimkien mat-tieni ħalliel li kien qed jistenna barra.
Fil-ħin tas-serqa fl-ispiżerija ma kienx hemm klijenti. Mhux eskluż li wara dan il-hold-up hemm l-istess grupp ta’ persuni involuti fil-hold-up ta’ bħal-lum ġimgħa minn spiżerija f’Santa Luċija u fil-hold-up ta’ nhar it-Tlieta tal-ġimgħa li għaddiet minn spiżerija f’Raħal Ġdid.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt