Nixtieq naqsam magħkom il-viżjoni tiegħi dwar kif saret Malta. Agħmel il-ħażin u nippremjak.
Jekk tfajla toħroġ tqila nagħtuha r-relief, children’s allowance, post fejn toqgħod, bonuses u benefiċċji oħra. Hi xi ħaġa komuni li dawn ikollhom anki sa tlett itfal u ma jiżżewġu qatt.
Imbagħad hemm iż-żgħażagħ l-oħra, dawk li jkunu għamlu tfulithom jistudjaw u jagħmlu xi part-time fil-ftit ħin li jkun fadlilhom. Dawn iridu jidħlu f’dejn kbir biex jixtru dar fl-ewwel pass kbir tal-ħajja tagħhom. Ħajja mimlija sagrifiċji kbar u, biex tkompli żżid fil-weġgħa, dawn ma jiħdux children’s allowance anzi jibqgħu jħallsu it-taxxi fuq kull lira li jaqilgħu.
Kważi tispiċċa temmen li tkun qiegħed jaqbillek għax tieħu r-relief, ma tħallasx surcharge, iċ-ċans kbir hu li tieħu post ukoll. Meta tara d-djar ta’ dawn it-talin issibhom imżewqa b’affarijiet li jikkunsmaw ħafna eletriku bħal airconditioner, filwaqt li l-ħaddiem irid joqgħod b’seba’ għajnejn għax jirċievi xi kont babaw!
Aħjar nieqaf hawn għax ma nispiċċa qatt. A. Pisani
B’Kara
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt