04 ta' Marzu 2007 • Nr 18

Arkivji




 

 

 

04 ta' Marzu 2007
Eluf f’riskju li jispiċċaw bla saqaf

Julia Farrugia

F’appell lill-Awtoritajiet Charles Miceli, id-Direttur tal-Harm Reduction Shelter tal-Caritas, jgħid li jeħtieġ li l-pajjiż mill-aktar fis jindirizza problema li tinsab mistura fis-soċjetà Maltija.
Miceli jgħid li minn studju ippubblikat is-sena li għaddiet jidher ċar li hawn ’il fuq minn 400 ruħ bla saqaf filwaqt li 17,617-il persuna oħra huma f’riskju li jispiċċaw fl-istess sitwazzjoni.
Barra minn hekk filwaqt li f’Malta hawn numru ta’ xelters li joffru wens lill-persuni bi problemi diversi, għad hemm faxxa wiesa’ ta’ nies bla saqaf li sal-lum ħadd mhu qed jinduna bihom u wisq anqas jagħti kas tagħhom.
F’intervista ma’ Illum Charles Miceli jsostni li hemm numru ta’ persuni li minħabba l-isfond li ġejjin minnu diffiċli jidħlu f’ċerti xelters f’pajjiżna. Qed ikun suġġerit li jinħoloq xelter li joffri platt ikel u sodda għal lejl mingħajr ħafna mistoqsijiet lill-individwi li jmorru hemm. B’dan il-mod ikunu megħjuna anzjani, eks priġunieri, nies b’imġiba diffiċli, barranin maqbuda f’Malta u oħrajn.

Ara l-intervista

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt