Mina ġdida bejn Marsaskala u Rikażli għandha twassal cable ta’ l-elettriku biex fost l-oħrajn jaqdi l-ħtieġa ta’ enerġija elettrika li se jkun hemm fl-inħawi meta jinbena l-proġett Smart City.
L-Enemalta għadha kif ħarġet sejħa għall-offerti biex titqatta’ mina taħt l-art li tgħaqqad iċ-ċentru tad-distribuzzjoni li hemm f’Wied il-Għajn biswit l-impjant tar-riċiklaġġ ma’ dak li għad irid jinbena f’Rikażli.
Kelliem għall-Enemalta sostna li diġà teżisti mina bejn Marsaskala u l-power station ta’ Delimara u meta titħaffer il-mina ġdida “din ta’ l-aħħar titqabbad direttament ma’ Delimara.”
“Parti mill-kapaċità taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni f’Rikażli se jaqdi d-domanda għall-elettriku ta’ Smart City,” sostna l-kelliem.
Mistoqsi jekk l-impjant il-ġdid tar-riċiklaġġ, li wkoll se jkollu l-kapaċità li jiġġenera l-elettriku mill-iskart, għandux x’jaqsam mal-mina l-ġdida, il-kelliem wieġeb b’“le” ċara.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt