18 ta' Frar 2007 • Nr 16

Arkivji




 

 

18 ta' Frar 2007
Rapport mhux korrett dwar l-MTV

B’riferenza għall-artiklu li deher nhar il-Ħadd li għadda fuq l-MTV u l-kantanti li ħadu sehem fil-Kanzunetta għall-Ewropa ntenni li r-rapport ma kienx korrett.
Jien qatt ma avvicinajt lil Klinsmann u faħħartu għas-suċċess tiegħu u wisq iktar spjegajtlu li ridtu jirreklama fuq l-MTV biex sparajtlu ċ-ċifra ta’ 28,000 Ewro.
Il-ġurnalist mhux korrett għax l-uniku kuntatt miegħi kien permezz tas-segretarja li ffissat appuntament ma’ omm Klinsmann. Inqala’ xi ħaġa u ma setgħux iżommu l-istess appuntament. Jien bgatħtilhom proposal by hand biex sakemm niltaqa’ ma’ omm Klinsmann, setgħet tiddiskutih mal-kompożitur u l-awtur tad-diska. Il-figura ta’ dan id-dokument kien juri 14,000 Ewro. Naħseb li l-ġurnalist ingħata informazzjoni ħażina.
Il-kelliem għall-kantant ikkwotat fl-artiklu ma jafx li reklam ta’ 30 sekonda fuq stazzjonijiet lokali bħal TVM, NET TV u Super 1 waqt prime time jammonta għal madwar Lm150 waqt li l-proposta kienet tgħid li reklam fuq MTV ta’ 30 sekonda kien se jiswa biss 85 Ewro?
Fl-artiklu ntqal li jekk nemmen fil-kanzunetta imissni nippromwoviha jien, u li jien se nieħu commission. Jekk il-ġurnalist jaħdem għal xejn intih impjieg garantit għal għomru jew, inkella ried idaħħaq lill-qarrejja tal-gazzetta.
Mhu veru xejn li jien ikkonfermajt li qed nikteb lill-artisti kollha li ħadu sehem fis-Song for Europe. Jien ikkuntatjajt biss tlieta li kienu ma’ l-aħħar 16.
Jien għedt lill-ġurnalist li l-preżentazzjoni tal-proposal għall-kanzunetta rebbieħa kienet ippreżentata waqt laqgħa fil-Ministeru tal-Kultura, Arti u Turiżmu fil-preżenza ta’ rappreżentanti ta’ l-MTV. Kien hemm ukoll preżenti rappreżentanti f’isem il-Ministru peress li hu ma setax ikun preżenti.
Dawn kienu Frans Albani u s-Sur Portelli, is-Segretarju Permanenti fil-ministeru. Wieħed jemmen li l-obbligu kien li din il-proposta tkun diskussa maċ-chairperson tal-Maltasong Board.
Min hu konċernat f’dan il-każ jafha l-verità.

Grace Borg
Sliema

Nota Editorjali: Nieħdu l-kelma ta’ Grace Borg li ċ-ċifra kkwotata kienet ta’ 14,000 Ewro u mhux 28,000 Ewro iżda l-ġurnalist m’għandux tort għax meta ħa l-kumment ta’ Grace Borg kienet hi stess li qalet ma tiftakarx l-ammont ikkowtat.
Iżda Grace Borg qed tfittex ix-xagħra fl-għaġina meta tgħid li hi m’għamlitx kuntatt ma’ Klinsmann għax l-uniku kuntatt sar mis-segretarja tagħha, iktar u iktar meta tgħid li hi “ikkuntattjat” tliet artist
i.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt