Sa minn mindu ħarġet din il-gazzetta dejjem xtrajt kopja u sibtha ħafna ta’ interess, speċjalment għax ma’ tiżfen ma’ l-ebda karru politku.
Insib ħafna artikli interessanti għalkemm ma nistax nifhem kif Emmanuel Micallef jara kollox iswed.
L-Oppożizzjoni jmaqdarha, lill-Gvern ikasbru, jikkritika lit-televiżjoni, lill-unions u tant affarijiet oħra. Donnu li Micallef jara kollox dlam. Possibbli m’hawn xejn tajjeb f’dan il-pajjiż. Possibbli li l-ebda Oppożizzjoni mhi tajba biex tagħti nifs lil dan il-pajjiż?
Nitlob lil Micallef ikun ftit realistiku f’ħajtu u minflok jipprova jkisser lil kulħadd jagħti ideat ġodda, jekk vera jħobb lil dan il-pajjiż. Ivan Delia
Raħal il-Ġdid
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt