Nirreferi għall-intervista li Julia Farrugia għamlet lis-Segretarju Ġenerali tal-PN Joe Saliba li dehret il-Ħadd li għadda.
Minn din l-intervista jidher ċar li Saliba qed jibbaża kollox fuq il-floating voters. Hu vera li dawn jagħmlu differenza kbira, għalkemm iċ-ċifra ta’ 25 fil-mija naraha ftit esaġerata. Iżda lanqas ma wieħed għandu jinsa lill-għeruq.
Qed ngħid dan għax tinkwetani waħda mit-tweġibiet ta’ Saliba. Meta l-ġurnalista staqsietu jinkwetahx il-fatt li jkollu kritika għall-partit minn nies li tradizzjonalment jivvutaw lill-PN, Saliba wieġeb li dan ma jinkwetahx.
“Ma jinkwetanix x’jaħseb min mhux magħna aħseb u ara!” qal Saliba.
Din it-tweġiba tinftiehem li dawk “ta’ magħna” se jkomplu jittieħdu for granted!
Roev Zahra
Ħal-Għaxaq
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt