11 ta' Frar 2007 • Nr 15

Arkivji




 

 

11 ta' Frar 2007
Twelid ta’ grupp biex jitħarsu d-drittijiet ta’ min jikkoabita

Julia Farrugia

L-intervista ta’ nhar il-Ħadd li għadda ma’ Marica, omm li tħalliet lampa stampa wara li s-sieħeb tagħha qabad u telaq mid-dar wara 11-il sena jgħixu flimkien barra ż-żwieġ, qanqlet reazzjoni fost diversi qarrejja ta’ din il-gazzetta.
F’din l-aħħar ġimgħa numru kbir ta’ persuni avviċinaw lil din il-gazzetta bil-każ tagħhom b’ħafna mis-sitwazzjonijiet jixbh`u lil dik ta’ Marica fejn is-sieħeb qabad u telaq mid-dar mingħajr ma għaraf u assuma r-responsabbiltajiet kollha li ġġib magħha relazzjoni bħal din.
Il-parti l-kbira tal-każijiet huma ta’ nies li bdew jgħixu mas-sieħeb tagħhom barra ż-żwieġ minħabba li legalment ma setgħux jerġgħu jiżżewġu. Hemm min ma jistax jidħol fi żwieġ għaliex l-ewwel żwieġ tiegħu għadu mhux annullat filwaqt li oħrajn, minkejja li sseparaw, ma jistgħux jerġgħu jiżżewġu peress li f’Malta m’hawnx divorzju. F’numru kbir ta’ każijiet spiċċaw vittmi wkoll tfal imwielda fl-istess relazzjoni.
Mara li tkellmet magħna din il-ġimgħa, omm ta’ erbat itfal, sostniet li l-każ ta’ Marica mliha bil-kuraġġ u hi wkoll mistennija tiftaħ kawża kostituzzjonali kontra l-Awtoritajiet peress li dawn qed jonqsu milli jipprovdu qafas legali li jipproteġi d-drittijiet tal-persuni li, mhux għax iridu, qed ikollhom jgħixu ma’ xi ħadd mingħajr ma jiżżewġu.
Din l-istess mara sostniet ma’ Illum li se jibdew taħditiet biex jitwelled grupp li l-għan tiegħu hu li jgħaqqad flimkien lil dawk il-persuni li għaddejjin jew li ġarrbu esperjenza simili. B’dan il-mod titfassal strateġija ta’ kif il-każ komuni tagħhom jingħata attenzjoni mhux biss lokalment iżda wkoll barra minn Malta.

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt