Permezz ta’ dan l-apprezzament xtaqt insellem il-memorja ta’ Karmenu Ellul Galea li twieled il-Kalkara u trabba f’Ħaż-Żabbar.
Illum Karmenu m’għadux magħna imma tajjeb li nibqgħu niftakru fih kemm f’dak li wettaq u anki bix-xogħlijiet letterarji u storiċi li kiteb.
Nixtieq insemmi fost l-oħrajn il-ktieb Wirt Ħaż-Żabbar - Festa u Banda San Mikiel, li żgur jibqa’ monument ħaj għall-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel fejn għal diversi snin kien anki l-President tagħha.
Inwassal il-kondoljanzi sinċieri tiegħi lill-familjari tiegħu fejn mhux biss nibqa’ niftakar fih iżda nibqa’ ngħożż ħidmietu b’qalbi kollha. Malcolm Schembri
Ħaż-Żabbar
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt