04 ta' Frar 2007 Jason Micallef jaħlef li ma jagħtix wiċċ lil Joe Falzon Il-persuna li kienet hi li oġġezzjonat għan-nomina ta’ Jason Micallef għax ma kienx ħallas it-tessera għal tliet snin mhux se jkun appuntat Deputat Segretarju Ġenerali. Joe Falzon, kanvasser prim tad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Michael Falzon, kien inħatar assistent tas-Segretarju Ġenerali minn Micallef stess.
Sindku mdendel sa l-aħħar Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Joe Saliba ċedew għall-pressjoni kbira li saritilhom minn diversi bnadi u aċċettaw fl-aħħar minuta li tiġġedded il-kandidatura tas-Sindku ta’ Ħ’Attard Norbert Pace għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tax-xahar id-dieħel.
Norbert Pace tefa’ l-kandidatura tiegħu l-bieraħ ftit wara t-3pm fl-aħħar ġurnata li fiha l-Uffiċċju Elettorali fil-Belt kien qed jilqa’ n-nomini tal-kandidati.
“Qabad u telaq” Julia Farrugia “Wara 11-il sena ngħix mar-raġel bħala familja sibt nota fuq l-armarju tal-kċina u qalli li bejnietna spiċċa kollox.”
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt