28 ta' Jannar 2007
Ċajt u Ċuċati, ħbieb u namrati...!!
Wara l-kummiedja Kamillu għall-Eurovision, Talent Depiro se jtellgħu kummiedja mużikali ta’ Adrian Azzopardi bl-isem ta’ Ċajt u Ċuċati, ħbieb u namrati.
Fil-kummiedja naraw grupp ta’ ħbieb li dejjem ikunu flimkien u li moħħhom biex jagħmlu xi ċajta tajba lil dak u lill-ieħor. L-akbar vittma tagħhom ikun Anton, ġuvni baħbuħ u li biex jidher sabiħ dejjem ikun l-ewwel biex jibla’ xi mazzun.
Ta’ xejn twissieh oħtu biex joqgħod attent għax xorta waħda jispiċċa biex jagħmel praspura wara l-oħra, praspar li Ġaħan innifsu anqas biss kien joħlom li jagħmel.
L-istorja tilħaq il-qofol tagħha meta ħbiebu jippruvaw iqabbdulu tfajla. Il-ħsieb tagħhom ma jirnexxiex imma Anton xorta waħda jmur minn fuq.
Id-direzzjoni hi ta’ Joe Azzopardi. Se tittella’ fl-Awditorju ta’ Sant’Agata fir-Rabat fl-10 ta’ Frar fis-7.30 pm u l-għada fis-6.30 pm. Dħul Lm1.50 u parkeġġ provdut b’xejn.
Għal ibbukkjar ċempel fuq 21456340 jew 21454530.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt