28 ta' Jannar 2007 • Nr 13

Arkivji




 

 

28 ta' Jannar 2007
LIVELIFE 60+

Il-LIVELIFE Wellness Centre infetaħ uffiċjalment għall-pubbliku lbieraħ. Iċ-ċentru hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Malta u se jaqdi l-bżonnijiet ta’ persuni li għandhom ’l fuq minn 60 sena.
Iċ-ċentru nbena apposta għal dan il-għan u se joffri eżerċizzju fi grupp li jiffukaw fuq bilanċ, tisħiħ u qagħda tal-ġisem, stabbiltà għas-saħħa tal-qalb u fiżjoterapija. Is-servizz se jkun personalizzat, b’attenzjoni individwali minn fiżjoterapista kwalifikat li se jħejji programm għal kull persuna li tattendi.
Iċ-ċentru joffri wkoll faċilità ta’ parkeġġ.
Id-dħul isir mill-Appartamenti Prince of Wales, fi Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema.
Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 21322766 jew 79707175.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt