28 ta' Jannar 2007 • Nr 13

Arkivji




 

 

28 ta' Jannar 2007
Wirja Internazzjonali tal-Qtates

Id-disa’ Wirja Internazzjonali tal-Qtates se tittella’ mid-Dilettanti Maltin tat-Trobbija tal-Qtates (l-MFF) fit-Topaz Hotel, Buġibba nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar bejn id-9.30am u s-6pm. Se jkun hemm ukoll wirja speċjali għal qtates pets is-Sibt 3 ta’ Frar fis-2pm. Id-dħul hu ta’ Lm1 biċ-ċans li tirbaħ weekend break.
Il-Ħadd il-qtates se jiġġudikawhom żewġ esperti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Qtates (FiFe). Il-qtates jinqasmu f’bosta kategoriji skond il-kulur, razza, età u sess. Jingħataw bosta premijiet fosthom trofej u kukkardi. Kull qattus jista’ jiddaħħal fil-wirja kemm tar-razza pura u kemm domestiku u jikkompeti fil-kategorija tiegħu b’xejn.
Is-Sibt ikun hemm pet show u taħdita għall-ħabta ta’ l-4.30pm dwar il-kura tal-qtates. Se jkun hemm ukoll klassi speċjali għat-tfal biex juru l-qtates tagħhom, bi premji speċjali għalihom. Kulma jrid isir hu li l-qtates jinġiebu qabel is-2pm u jidħlu fil-wirja. Il-pubbliku jivvota għar-rebbieħa. M’hemmx bżonn karti tal-pedigree. Il-qtates jiġu ċcertifikati minn vet qabel ix-show.
Min jixtieq jidħol membru jew li jesebixxi l-qtates tiegħu jista’ jċempel fuq 99459443, 21677860 jew iżur www.malta-feline-federation.com

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt