Armel għal ħafna żmien, Rocky issa hu boxer irtirat b’iben li qed jitbiegħed u b’ħafna nies li jiftakruh bħala wieħed miċ-champions tad-dinja tal-boxing.
Bħalissa qed jgħix fiċ-ċentru ta’ Philadelphia, sid ta’ ristorant fejn fih spiss jispiċċa jirrakkonta l-istejjer tiegħu u jieħu r-ritratti ma’ l-ammiraturi tiegħu.
Jum fost l-oħrajn, Paulie il-mara ta’ ħuh, turih ġlieda virtwali fejn hemm hu stess jiġġieled taħt l-isem ta’ ‘The Italian Stallion’ u jirbaħ kontra Mason ‘The Line’ Dixon, li hu champion tad-dinja fil-heavyweight.
Hemmhekk terġa’ tinbet il-ħajra għall-boxing f’Rocky u jiddeċiedi jerġa’ jibda jiġġieled fil-clubs lokali għall-gost. Mason u l-managers tiegħu però jkollhom pjanijiet oħra. Huma jkunu jridu lil Rocky u lil Mason jiġġieldu verament biex Mason jerġa’ jiġbor ġieħu ma’ l-ammiraturi tiegħu.
Rocky jaċċetta l-isfida mingħalih li l-ġlieda qed issir biss biex jinġabru l-flus għall-karità.
Dan il-film inħareġ mill-KRS Distributors u beda jintwera fiċ-ċinemas lokali mill-Erbgħa li għadda.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt