28 ta' Jannar 2007 • Nr 13

Arkivji




 

 

28 ta' Jannar 2007
Ram għad-dawl

L-istrumenti tar-ram, għalkemm ħafna drabi rari jagħtu fil-għajn għax ikunu fuq wara ta’ l-orkestra, jaf ikunu versatili daqs il-vjolini li jkunu fuq quddiem.
L-Orkestra Nazzjonali flimkien mat-Teatru Manoel ingħaqdu flimkien biex jitfgħu dawl aktar importanti fuq l-istrumenti tar-ram permezz ta’ l-Orkestra Nazzjonali Brass Ensemble.
Il-programm jinkludi varjetà kbira ta’ stili. Hemm biċċiet klassici bħall-Marċ il-Kbir ta’ l-Aida ta’ Verdi u l-Carmen Suite ta’ Bizet u klassiċi oħrajn aktar ħfief bħax-xogħlijiet ta’ Suppe u Sousa. Magħhom se
jkun hemm ukoll mużika mill-films b’xogħlijiet importanti bħal ta’ Morricone, Mancini u Monty.
Barra minn hekk se tindaqq ukoll mużika jazz. Din il-parti tinkludi xogħlijiet ta’ Irving Berlin, G. Botsford u ‘Jelly Roll’ Mortimer.
F’din is-serata jieħdu sehem ukoll is-solisti Kevin Abela u Sigmund Mifsud fuq it-trumbetta u Roderick Bugeja fuq it-trumbun.
L-Orkestra Nazzjonali Brass Ensemble ħa tkun qed iddoqq fit-Teatru Manoel nhar it-Tlieta 30 ta’ Jannar fis-7.30pm. Biljetti jistgħu jinxtraw mit-Teatru Manoel billi ċċemplu fuq 21246389 jew billi tibagħtu fuq bookings@teatrumanoel.com.mt.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt