28 ta' Jannar 2007 • Nr 13

Arkivji




 

 

28 ta' Jannar 2007
Tifkira lil Herbert Ganado

It-Tieni Konferenza Herbert Ganado se ssir għada fis-7pm mill-Poeżijaplus flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Furjana. Din se ssir fl-Uffiċċji tal-Kunsill stess.
Herbert Ganado hu figura importanti tas-seklu 20. Warajh ħalla wirt imprezzabbli fosthom erba’ volumi ta’ Rajt Malta Tinbidel.
Il-konferenza jiftaħha
s-sindku tal-Furjana Publius Agius u wara jkomplu żewġ taħditiet ewlenin. Jibda Dr Albert Ganado li se jitkellem dwar il-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Warajh ikompli Max Farrugia li se jiddiskuti l-internament lejn l-Uganda li seħħ fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
L-ewwel konferenza saret sentejn ilu fit-Teatru Manoel. Dħul b’xejn.
Għal aktar dettalji ibgħat fuq sergiogrech@yahoo.com jew ċempel 99827179.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt