28 ta' Jannar 2007 • Nr 13

Arkivji




 

 

28 ta' Jannar 2007
Ir-Raħal ta’ San Valentinu

Ħal Balzan, minbarra l-festa ta’ l-Annunzjata li jiċċelebra fl-Lulju, għandu wkoll dik ta’ San Valentinu, li ilu żmien meqjus fost il-martri ta’ l-ewwel insara.
Din id-devozzjoni kienet mietet matul
ż-żmien iżda bl-inizjattiva tal-Kappillan Dun Kalċ Vassallo u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan, din il-festa saret tiġi mogħtija aspett reliġjuż u soċjali fl-14 ta’ Frar.
L-inizjattiva ġiet fdata f’idejn Radio Valentine Balzan. Il-programm jinkludi quddiesa speċjali għal maħbubin kollha fis-6.30pm f’Jum San Valentinu, li jingħataw tifkira wkoll
tal-ġurnata. Fis-7.30pm jibda programm varjat fis-Sala Aurora.
In-nisa tal-Grupp Valentin Balzan reġa’ ħejja ħafna mill-ikel u x-xorb u magħhom ingħaqdu l-Percius Caterers ta’ Ħal Lija.
Fis-snin li għaddew ħadu sehem bosta mistiednin magħrufa fosthom id-Dulli u Veronica, il-koppja Toni u Sander, Enzo Gusman u martu Carmen Schembri, Julie u Ludwig, Benny u Tonia u Claudette Pace.
L-ibbukkjar miftuħ diġà mis-sagristija, Peejays 2 u l-helpers tal-parroċċa. Jista’ jsir ukoll billi ċċempel fuq 79488365 jew tibgħat email fuq rvbfm992@yahoo.com. Il-biljetti huma ta’ Lm4.50 għall-kbar u Lm2.50
għat-tfal.
Il-qligħ kollu se jmur fil-fondi tar-restawr
tal-Knisja Parrokkjali.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt