Qed insegwi l-korrispondenza fuq bejn Joe Fava u t-tabib Josie Muscat.
Ma naqbilx ma’ Fava, li milli jidher għandu lanżita għat-tabib, għax jekk hemm xi ħadd li forsi jirnexxielu fir-rigward ta’ partit politiku ġdid hu bla dubju Muscat, li forsi jasal fejn l-Alternattiva Demokratika għadha ma waslitx minkejja dawn is-snin kollha li ilhom jippruvaw.
Lil Muscat nawguralu suċċess. Jekk isib grupp ta’ nies madwar Malta li jispiraw fiduċja żġur li jagħmlu ħoss.
Iżda Muscat kien elett fil-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn ma’ grupp ta’ kandidati indipendenti u llum hu kunsillier indipendenti. Il-voti li ġab ġew mingħand min ma jaqbilx mal-partiti fil-kunsilli lokali.
Għalhekk inħoss li l-pożizzjoni tiegħu llum hi xi ftit ambigwa. Jew hu kunsillier indipendenti jew se jkun mexxej ta’ partit politiku. Naħseb li Josie Muscat għandu jiddeċiedi liema kappell irid jilbes jekk ma jridx jitlef il-kredibbiltà.
Jekk beħsiebu jkompli bil-partit politiku għandu jirriżenja mill-kunsill inkella jkollhom raġun nies bħal Joe Fava.
Charles Cassar
Marsaskala
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt