Nuri l-apprezzament u r-ringrazzjament tiegħi u ta’ sħabi l-għalliema studenti lill-impjegati kollha ta’ l-iskola sekondarja Lily of the Valley tal-Mosta wara li għamilna sitt ġimgħat sħaħ ta’ taħriġ bħala għalliema f’din l-iskola bħala parti mill-kors Universitarju tagħna.
Konna milqugħa tassew u kellna għajnuna kontinwa mill-istaff kollu.
Grazzi kbira wkoll tmur lill-Kap ta’ l-iskola, Ms J. Mifsud u lill-assistenti kapijiet kollha li għamlu minn kollox biex jiffaċilitaw ix-xogħol tagħna. Mhux l-inqas l-għalliema kollha b’mod speċjali ta’ l-Istaff Room 4.
Dan jixhed impenn sħiħ min-naħa tagħhom biex fl-aħħar mill-aħħar l-iskola timxi dejjem ’il quddiem. Nixtieq nirringrazzja f’isem sħabi wkoll lill-istudenti kollha li kkoperaw magħna u li ta’ min ifaħħarhom għall-mod ta’ kif iġibu ruħhom f’dik li hija dixxiplina, attivitajiet kontinwi u organizzazzjoni. Clifford Galea
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt