28 ta' Jannar 2007 Użawni u rmewni Karl Stagno-Navarra Umiljat quddiem pajjiż sħiħ bil-Mepa tibgħatlu uffiċjali b’ilbies bullet-proof, platoon tal-Forzi Armati, il-Bomb Disposal Unit, il-klieb, Assistent Kummissarju u rinforzi minn diversi taqsimiet tal-Pulizija biex twaqqagħlu sular illegali fuq in-negozju tiegħu, Charles Dimech ta’ 48 sena minn Ħaż-Żebbuġ ħalef ħalfa li ma jagħtix aktar wiċċ lill-Partit Nazzjonalista.
Malta maqsuma dwar il-kaċċa James Debono Il-pajjiż huwa maqsum kważi nofs bin-nofs dwar jekk il-kaċċa f’Malta għandhiex tinqata’ darba għal dejjem, bin-Nazzjonalisti iktar bi ħġarhom favur il-qtugħ ta’ dan id-delizzju.
Ukoll, fost dawk inqas minn 35 sena, il-maġġoranza hi favur il-qtugħ tal-kaċċa.
Dan joħroġ minn stħarriġ li għamlet din il-gazzetta.
It-triq ta’ Pawlu Ħarsa lejn il-ħatra ta’ l-Arċisqof Pawlu Cremona u analizi ta’ l-isfidi li se jħabbat wiċċu magħhom fiż-żmien li ġej
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt