21 ta' Jannar 2007 • Nr 12

Arkivji




 

 

21 ta' Jannar 2007
L-MLP jerġa’ jistieden lill-NGO’s

Ġimagħtejn bogħod mill-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGO’s) issejħu mill-ġdid biex jieħdu sehem f’laqgħat ta’ diskussjoni fuq livell distrettwali bl-iskop li jkunu rfrinati d-dokumenti politiċi li se jitressqu għall-approvazzjoni tad-delegati tal-MLP.
F’kummenti lil din il-gazzetta, Stefan Zrinzo Azzopardi, il-President tal-MLP, spjega li dawn il-laqgħat se jservu biex il-partit jerġa’ jisma’ mingħand l-NGO’s u jekk hemm bżonn jirfina d-dokumenti qabel ma tiftaħ il-Konferenza Ġenerali.
“L-eżerċizzju tagħna hu maħsub li nkomplu ninvolvu lill-NGO’s fit-tfassil tal-bażi għall-ħsieb politiku tal-partit,” spjega Zrinzo Azzopardi. L-esperjenza tal-konsultazzjoni ma’ l-istess NGO’s fit-tfassil tad-dokumenti dwar il-familja, iż-żgħażagħ, l-anzjani, l-ugwaljanza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol kienet waħda pożittiva u importanti għall-partit, sostna Zrinzo Azzopardi.
Il-President ta’ l-MLP spjega wkoll kif matul id-diskussjonijiet interni fuq livell distrettwali, id-dokumenti ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-attivisti li anke semmgħu leħinhom u taw kontribut lejn it-tfassil tagħhom.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt