21 ta' Jannar 2007 • Nr 12

Arkivji




 

 

21 ta' Jannar 2007
Żjara lis-Snajja’ Maltin

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar se ssir żjara kulturali oħra li se tesplora s-snajja’ tradizzjonali Maltin.
Iż-żjara tinkludi l-produzzjoni ta’ l-għasel f’Malta li ilha ġejja minn żmien ir-Rumani meta l-gżejjer kienu jintużaw biex jesportaw l-għasel u ż-żejt taż-żebbuġa, it-tagħsir ta’ l-inbejjed tal-frott biċ-ċans li l-parteċipanti jduqu l-prodott, u s-sengħa tal-filugranu u ta’ l-insiġ. Wara jkollhom ħin ukoll iżuru t-Torri San Luċjan li bħalissa qed jintuża għar-riċerka tal-ħut u l-akwakultura.
Dawn iż-żjajjar kulturali huma koordinati mill-Ministeru għat-Turizmu u Kultura b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Heritage Malta u l-Assocjazzjoni tal-Gwidi Turistiċi.
It-trasport jitlaq mill-Monument ta’ l-Indipendenza fil-Furjana u l-Knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema fid-8.45am. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ Lm4.50 għall-kbar u Lm3.50 għall-anzjani u tfal li jinkludi t-trasport.
L-ibbukkjar, inkluż il-ħlas, jista’ jsir sa nofsinhar ta’ l-Erbgha 24 ta’ Jannar fl-uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, f’230 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Għal aktar informazzjoni ċempel lil Noel D’Amato fuq 2123 2515 jew żur www.maltaculture.com minn fejn tista’ tniżżel l-applikazzjonijiet ukoll.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt