21 ta' Jannar 2007
Kunċert Vokali waqt il-Kunċert ta’ Nofsinhar
Is-sopran Għawdxija Rita Dimech se tagħti kunċert vokali fil-Kunċert ta’ Nofsinhar li jmiss organizzat mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.
Dimech se tinterpreta żewġ siltiet mill-operetti ta’ Jones, The Geisha, kif ukoll arji mill-opri Turandot ta’ Puccini, Adriana Lecouvreur ta’ Cilea u Carmen ta’ Bizet. Il-programm jingħalaq b’taħlita ta’ kanzunetti Naplitani b’arranġament mużikali tas-surmast u kompożitur Colin Attard li se jkun qed jakkumpanjaha fuq il-pjanu.
Il-kunċert se jsir nhar l-Erbgħa 24 ta’ Jannar fil-Kamra tal-Mużika fil-Kavallier San Ġakbu Ċentru għall-Kreattività fil-Belt Valletta. Jibda fin-12.30pm u jdum madwar nofs siegħa.
Il-biljetti jinbiegħu Lm1 u 50ċ għat-tfal taħt it-12-il sena u anzjani fuq is-60 sena li jinxtraw miċ-Ċentru stess. L-Ibbukkjar jista’ fuq 21223216 mill-10am sad-9pm kuljum.
Għal aktar informazzjoni żur
www.maltaculture.com.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt