Chris Gardner (Will Smith) hu raġel tal-familja li qed jipprova jagħmel minn kollox biex iżżommha għaddejja. Minkejja jagħmel ħafna sforzi biex iżżommha magħquda, martu (Thandie Newton) ma tkunx tiflaħ aktar għall-problemi finanzjarji. Kontra qalbha tiddeċiedi tħalli warajha lil żewġha u binha ta’ ħames snin Christopher, parti maħduma minn iben Will Smith, Jaden Christopher Syre Smith.
Għalkemm spiċċa waħdu, il-missier xorta jibqa’ jfittex xogħol b’paga aħjar. Jaċċetta xogħol bla ħlas f’kumpanija importanti bit-tama li fil-futur qarib ikollu jibda jitħallas paga tajba.
Bla flus u l-missier u l-iben jiltaqgħu ma ħafna diffikultajiet, fosthom li jitkeċċew mill-appartament tagħhom u jibdew jorqdu barra. Bil-problemi kollha li jiltaqgħu magħhom il-missier bl-għajnuna ta’ ibnu xorta jkompli jaħdem għax-xewqat tiegħu.
Dan il-film inħareġ mill-KRS Distributors u se jibda jintwera minn nhar l-Erbgħa li ġej
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt