21 ta' Jannar 2007 • Nr 12

Arkivji




 

 

21 ta' Jannar 2007
Isma’ l-Qasba u l-Ħrafa li Tlissen

Il-World Wind Band, maħluqa minn Jan Hendrickse u Dirk Campbell fl-2003, se jtellgħu kunċert nhar it-Tlieta li ġej fit-Teatru Manoel.
Listen to the Reed and the Tale it tells hu ispirat mill-kitbiet ta’ Mowlana Jalaluddin Rumi, poeta Persjan tas-seklu 13 li kien ukoll fundatur tal-Mawlawi Sufi, fergħa mistika ta’ l-Islam.
Il-mużiċisti ħolqu taħlita ta’ ħsejjes etniċi u kontemporanji li jiġbru fihom tradizzjonijiet minn madwar id-dinja kollha. Dawn jinkludi mużika minn postijiet bħall-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Korea u l-Afrika tal-Punent.
Hendrickse u Campbell kienu ltaqgħu għall-ewwel darba fl-1998 waqt li kienu qegħdin jagħmlu xi xogħol mar-Royal Shakespeare Company. Minn hemmhekk nibtet ħbiberija artistika kbira li wasslet biex ħolqu dan il-proġett li hu riżultat tad-dedikazzjoni tagħhom lejn l-istudju u t-tixrid tal-mużika etnika ta’ l-istrumenti tan-nifs minn madwar id-dinja. Din id-dedikazzjoni wasslet ukoll għal bosta kunċerti, proġetti edukattivi u anki cd.
Il-World Wind Band ħa tagħti kunċert fit-Teatru Manoel nhar it-23 ta’ Jannar. Qed isir b’ kollaborazzjoni bejn it-Teatru Manoel u l-British Council. Jibda fis-7.30pm u l-biljetti jibdew minn Lm3 li jinxtraw mit-Teatru Manoel. L-ibbukkjar jista’ jsir permezz 21222618 jew bookings@teatrumanoel.com.mt. Il-biljetti jinxtraw ukoll mis-sit tat-teatru, fuq www.teatrumanoel.com.mt.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt