21 ta' Jannar 2007 • Nr 12

Arkivji




 

 

21 ta' Jannar 2007
Ballerini Daniżi fit-Teatru Manoel

F’April li ġej it-Teatru Manoel se jilqa’ fi ħdanu r-Royal Danish Ballet.
“Għalina hu privileġġ li qegħdin hawn. Għalkemm it-teatru hu differenti ħafna minn dak li aħna mdorrijin għalih, ħerqan li naħdem fl-intimità li joffri dan it-teatru,” qal Peter Bo Bendixen, id-direttur artistiku tar-Royal Danish Ballet.
Bo Bendixe kompla jispjega fil-konferenza li ngħatat it-Tnejn li għadda li minħabba li l-impenji li għandhom mat-Teatru Rjali ta’ Copenhagen il-kumpanija jirnexxilha tiżfen barra pajjiżha l-iktar tmien darbiet f’sena. Normalment tmur New York, bliet kapitali fl-Ewropa u ġieli anki fl-Ilvant Imbiegħed.
Minkejja kollox, bis-saħħa ta’ Noel Buttigieg Scicluna, l-Ambaxxatur Malti fid-Danimarka u bl-għajnuna tal-Kunsill ta’ l-Arti Daniż, il-kumpanija ta’ żfin klassiku se żżur pajjiżna fi ftit xhur flimkien mal-Prinċipessa Benedikte.
Bo Bendixen stieden lill-istudenti tal-ballet kollha biex jattendu għal rehearsal ġenerali. F’Malta bħalissa hemm aktar minn 2,000 ballerin u 28 skola li tgħallem din id-dixxiplina.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt