21 ta' Jannar 2007 • Nr 12

Arkivji




 

 

21 ta' Jannar 2007
L-Impotenti

Wara disa’ snin il-kummiedja
L-Impotenti, jew kif oriġinarjament magħrufa La Mandragola ta’ Niccolò Machiavelli, se terġa’ tittella’ mill-kumpanija Talenti.
F’dak iż-żmien kienet għamlet suċċess mhux biss ma’ l-udjenza iżda anki mal-kritiċi. Għalhekk Talenti ħassew li għandhom jerġgħu jippreżentawha.
L-istorja hi dwar avukat impotenti miżżewweġ mara ferm iżgħar minnu u li minħabba fih ma jistax ikollhom tfal. Hu tant jixtieq li jsir missier li lest iħalli lil martu Lukrezja f’dirgħajn ħaddieħor. Għalhekk jibda jfittex ‘voluntier’ għal dan ix-‘xogħol’. Tgħid il-kunjata taċċetta din l-idea? Wara kollox hi ukoll tixtieq issir nanna.
Lukrezja safrattant tmur għand il-konfessur tagħha, Patri Timoteu.
Id-dramm Taljan hu maqlub għall-Malti minn Żep Camilleri li qed jieħu ħsieb ukoll id-direzzjoni ta’ dan ix-xogħol teatrali. Miegħu żdied kant u mużika oriġinali miktuba minn Vince Fabri.
L-atturi huma Mario Micallef, Philip Mizzi, Chris X. Grech, Nathalie Micallef, Michael Sciortino, MaryRose Bonello, Marco Grech, Marvic Cordina, Alycia Zammit, Dorianne Bonanno, Maronia Attard u Olivia-Ann Pace Marmara.
Id-dramm se jittella’ nhar is-27 u t-28 ta’ Jannar fit-Teatru Manoel bl-ibbukkjar diġà miftuħ fuq 21246389 jew bookings@teatrumanoel.com.mt.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt