21 ta' Jannar 2007
Kunċert mis-Sliema Youth Big Band
Kunċert ta’ mużika moderna u vivaċi mis-Sliema Youth Big Band tas-Soċjetà Filarmonica “Sliema” taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Sigmund Mifsud li se jittella’ l-Ħadd li ġej fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università.
Il-kantanti speċjali mistiedna huma Ludwig Galea li se jkanta xi diski ta’ Robbie Williams kif ukoll oħrajn Taljani, Daniel Cauchi, kantant u perkussjonist tal-Big Band Brothers u Nafra u Louisa Wirth u Petra Micallef, solisti ta’ Voices li se jkantaw siltiet minn musicals magħrufa.
Il-Banda Żgħażagħ Sliema se ddoqq In the Mood ta’ Glenn Miller, Lady Madonna tal-Beatles, Minnie the Moocher tal-Blues Brothers, California Girls tal-Beach Boys, Papa’s got a Brand New Bag ta’ James Brown, siltiet minn The Incredibles, Mission Impossible, Beauty and the Beast u Ain’t no Mountain High.
Id-dħul hu b’donazzjoni b’riżq il-proġett tas-Sala tal-Kultura tas-Soċjetà u jinkisbu mingħand is-Società Filarmonica “Sliema”, Palazzo Sliema, 34, Triq San Trifomu Tas-Sliema. Tistgħu ċċemplu fuq 99447434 u 99443460.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt