21 ta' Jannar 2007 • Nr 12

Arkivji




 

 

21 ta' Jannar 2007
Inżarmaw knisja

Il-Malti jgħid: Inżarmaw knisja biex narmaw oħra. Dan hu dak li jidher li qed isir fin-Naxxar. Il-kappella tant popolari ta’ San Pawl tat-Tarġa, li min jaf kemm rat storja u tiġijiet, qed tiżżarma ftit ftit.
U din hi ħasra kbira. S’issa diġà tneħħew il-fanali tan-nofs u jidher li dalwaqt titneħħa l-pittura sabiħa kbira ta’ San Pawl li hemm wara l-artal. Hu minnu li xi darba għandu jibda jintuża ċ-ċentru ġdid ta’ San Pawl tat-Tarġa iżda billi dan jidher li għadu lura ħafna biex jitlesta nħoss li l-Arċipriet kellu jistenna sakemm jitlesta dan il-proġett.

John Grech
Naxxar

 

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt