21 ta' Jannar 2007 Il-Gvern f’kummiedja biex jimpressjona Kieku Lino Farrugia, is-Segretarju tal-Federazzjoni tal-Kaċċaturi u Nassaba, irrepeta fil-pjazza tar-Rabat il-kliem li qal fi Brussels din il-ġimgħa, żgur li l-kaċċaturi miġburin hemm ma kinux iċapċpulu u jifirħulu.
Appartamenti lussużi f’Baċir numru wieħed Karl Stagno-Navarra Il-Gvern aċċetta l-prinċipju li fl-iżvilupp propost għall-Baċir 1 f’Bormla jistgħu jittellgħu sa 200 appartament li għandhom ikunu mifruxa fi tliet żoni tal-proġett multi-miljunarju.
Dan ikkonfermah Jesmond Mugliett, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban, f’kummenti lil din il-gazzetta fejn ħabbar ukoll li l-Gvern qed jimmira li jressaq il-proġett propost għal riżoluzzjoni fil-Parlament qabel il-btajjel tas-sajf.
Il-Papa għamel il-homework fuqi – Gonzi Julia Farrugia
Tard wara nofsinhar, b’xena dominanti tal-koppla tal-Vatikan li kmieni filgħodu kienet mgħottija biċ-ċpar tqil, il-Prim Ministru jaċċetta li għall-gazzetta Illum jiżvela xi mumenti intimi li għaddew bejnu u l-Papa Benedittu.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt