14 ta' Jannar 2007 Għadhom nieqsa F’Malta, tul dawn l-aħħar seba’, snin kien hemm qrib l-2,000 persuna rappurtata nieqsa u minnufih bdew tfittxijiet għalihom. Dan kien konfermat mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fi stħarriġ li għamlet din il-gazzetta. Minn total ta’ 1,974 persuna rappurtati nieqsa, sal-ġurnata ta’ llum għad hemm 35 li għadhom ma nstabux.
Uff xi sħana… u bir-raġun! Kurt Sansone Jekk qed tisħet is-siegħa u l-mument li xtrajt kowt biex tgawdih fix-xitwa għandek raġun għax Diċembru li għadda kien l-iktar wieħed sħun sa mill-1963 b’temperatura medja ta’ 16-il grad Celsius.
Jidher li t-temp sħun se jkompli jaħkem anki f’dan ix-xahar ta’ Jannar bl-esperti jinnutaw ukoll għadd ta’ xtieli u siġar, bħal-lewż, jarmu qabel iż-żmien.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt