07 ta' Jannar 2007 Il-President taħt Sant Julia Farrugia Tista’ tinħoloq sitwazzjoni skomda għall-President ta’ Malta Eddie Fenech Adami jekk fl-elezzjoni ġenerali li jmiss il-Partit Laburista jkun elett fil-gvern bi programm elettorali li jitkellem dwar definizzjoni iktar wiesa’ tal-familja.
Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk iħossux komdu jaħdem bħala President taħt il-Prim Ministru Alfred Sant kemm-il darba Gvern Laburista jipproponi li titwessa’ d-definizzjoni tal-familja, Fenech Adami jinsisti li jrid iwieżen ukoll l-affarijiet skond il-kuxjenza tiegħu.
Il-kunsilli ta’ Marzu t-test ta’ Josie Muscat Karl Stagno-Navarra L-iskuntentizza fost l-elettorat li għandha tkun riflessa fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li se jsiru f’Marzu li ġej mistennija jkunu test importanti għal Josie Muscat li bħalissa qed iħejji biex iwaqqaf partit politiku ġdid.
Bla dar Għadd ta’ Maltin qed jgħixu mingħajr saqaf fuq rashom.
Fil-ġimgħa ta’ qabel l-aħħar tas-sena Julia Farrugia għexet f’dar tal-YMCA il-Belt Valletta li tagħti kenn lil min m’għandux saqaf fuq rasu.
Attakk ta’ briegħed f’Ħ’Attard Kurt Sansone Razzett li partijiet sostanzjali minnu nbnew illegalment u li fih qed jitrabbew in-nagħaġ f’Ħ’Attard kien il-kawża ta’ attakk ta’ briegħed li sofrew residenti li joqogħdu fil-qrib.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt