31 ta' Diċembru 2006 Bil-ħabel tiegħu stess Karl Stagno-Navarra L-eks President Iraqi, Saddam Hussein lbieraħ filgħodu għalquh bl-istess ħabel li l-pulizija tiegħu kienu jgħallqu bih lil dawk li kienu jopponu r-reġim immexxi minnu għal 25 sena.
Djar m’ogħla s-smewwiet Kurt Sansone Il-miġja ta’ l-Ewro fl-1 ta’ Jannar 2008 tista’ twassal biex fl-2007 naraw splużjoni oħra fil-prezz tal-proprjetà hekk kif ħafna mill-flus moħbija, li jlaħħqu għal madwar Lm250 miljun, jistgħu jsibu rwieħhom investiti f’iktar appartamenti u djar.
Addio riforma fil-portijiet fl-2006 Julia Farrugia Ir-riforma fil-portijiet imwiegħda mill-Gvern u li suppost daħlet fis-seħħ sal-lum se tibqa’ fuq l-ixkaffa sakemm jintlaħaq qbil bejn l-entitajiet kollha konċernati. Dan ikkonfermah Dr Marc Bonello, iċ-Chairman tal-Bord tan-negozjar għar-Riforma fil-Portijiet.
Dr Bonello kkonferma ma’ Illum li l-kontroproposti kif preżentati miż-żewġ unions tal-ħaddiema huma “ferm ’il bogħod mill-25 fil-mija roħs fit-tariffi kif imwiegħed mill-Gvern”.
“Ta’ 17-il sena ħatfuni u tefgħuni suldat” Julia Farrugia Selam għandha biss 25 sena. Ħarbet mill-Eritrea minħabba t-taqlib intern fil-pajjiż. Meta kellha 17-il sena nħatfet mill-armata u kontra r-rieda tagħha intbgħatet taħdem bħala suldat.
Għal snin sħaħ kellha tara xeni ta’ tfajliet suldati stuprati minn fizzjali rġiel fl-armata. Fl-istess żmien żewġha tefgħuh f’ħabs sempliċiment għax ma kienx jaqbel mal-gvern totalitarju tal-pajjiż. Damet tgħix f’dan it-terrur sakemm fl-aħħar ħarbu flimkien mill-Eritrea bit-tama ta’ ħajja aħjar.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt