24 ta' Diċembru 2006 • Nr 8

Arkivji




 

24 ta' Diċembru 2006
Taċ-Ċivil bil-festin tal-Milied

Il-Milied ta’ Scrooge għad-dipartimenti tal-gvern donnu li wasal fi tmiemu hekk kif l-impjegati taċ-ċivil din is-sena ngħataw il-permess li jagħmlu festin tal-Milied.
Wara li f’dawn l-aħħar snin l-gvern waqqaf il-festini tal-Milied li kienu jsiru mid-dipartimenti tal-gvern, din is-sena, forsi għax hija dik ta’ qabel l-elezzjoni, il-gvern ħabbar bidla fil-politika tiegħu.
Id-dipartimenti ngħataw il-permess jagħmlu festin f’żewġ ġranet partikolari biss; nhar il-Ġimgħa li għadda jew nhar il-Ġimgħa li ġej. Dan ikun ifsisser inqas tħarbit għas-servizzi li joffru id-dipartimenti lil min jiġi bżonnhom.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt