24 ta' Diċembru 2006
100 sena mill-Ordinazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca
Jumejn ilu Dun Ġorġ Preca għalaq 100 sena minn meta kien ħa s-saċerdozju tiegħu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, sena biss wara li ġie ordnat djaknu. Dan seħħ fit-22 ta’ Diċembru ta’ l-1906 wara sena ta’ mard.
Dun Ġorġ kien iħobb ħafna l-Milied u għalhekk kien għażel li jqaddes għall-ewwel darba fil-25 ta’ Diċembru fil-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun. Bħala parrini kellu lil zijuh Ġorġ Preca u lir-raġel ta’ kuġintu, Ġużeppi Howard, li iktar ’il quddiem kien sar Prim Ministru ta’ Malta.
Dun Ġorġ Preca kien dak li beda l-purċissjoni tal-Bambin fit-toroq 85 sena ilu.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt