Il-misteru ta’ esperjenzi li tgħaddi minnhom persuna meta tiġiha memorja li qatt ma tkun għexet, jew li tagħraf post mingħajr lanqas biss tkun żaritu. Issa kieku dawn ‘il-memorji’ jkunu twissijiet mibgħuta mill-passat dwar dak li se jiġri fil-ġejjieni qarib?
Vapur żgħir b’500 passiġġier jisplodi fi New Orleans dakinhar ta’ Mardi Gras. L-aġent investigattiv ta’ l-ATF Doug Carlin, parti maħduma minn Denzel Washington, jissejjaħ fuq il-post biex jinvestiga l-każ. Miegħu jingħaqad aġent ta’ l-FBI (Val Kilmer) li jistiednu jaħdem mat-tim tiegħu li juża teknoloġija li biha jaraw il-passat sa erbat ijiem.
Waqt it-tfittxija għat-terrorist (Jim Cavaziel) jinstab katavru ta’ mara maħruqa, bl-għan li jidher li nqatlet waqt l-isplużjoni. It-tim investigattiv juża l-apparat fuqha biex jara eżattament x’ġara.
Hemmhekk Carlin joħroġ bl-idea li jintuża l-istess apparat biex imorru lura fiż-żmien u b’hekk mhux biss jevitaw l-isplużjoni iżda wkoll il-qtil ta’ mara li l-vann tagħha ntuża biex issir din it-traġedja.
Dan il-film inħareg mill-KRS Film Distributors
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt