24 ta' Diċembru 2006
Apprezzament liż-żgħażagħ tal-Ġilju
Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ta’ l-Imqabba, tixtieq pubblikament trodd ħajr lil dawk l-individwi kollha li taw sehemhom b’riżq l-attività ta’ drama li l-istess sezzjoni tellgħet fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ hi magħrufa għal dal-attivitajiet li torganizza regolarment.
Il-kummiedja soċjali bl-isem Skruwġ ittellgħet nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru fit-Teatru tar-Residenza San Vinċenz de Paule. L-ispettaklu, kif ukoll il-bini tas-sett sar kollu kemm hu minn żgħażagħ Imqabbin, membri tas-Sezzjoni żagħżagħ Madonna tal-Ġilju.
Is-soċjetà mużikali Madonna tal-Ġilju hi kburija li hi l-pijuniera fost l-għaqdiet Imqabbin li jippromwovu l-kultura. Attivitajiet bħal dawn huma strumentali biex jinstabu talenti ġodda.
Fl-aħħar iżda mhux lanqas ringrazzjament speċjali jmur lejn dawk il-familji kollha li għal darb’oħra għoġobhom jattendu bi ħġarhom għal din l-attività, George Sammut, l-istaff ta’ l-entertainment ta’ San Vinċenz de Paule u s-Segretarju Parlamentari Helen d’Amato tal-kollaborazzjoni tagħhom.
Marvin Sciberras
PRO Sezzjoni Żgħażagħ
Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju
Mqabba
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt