Jien u l-familja tiegħi erġajna morna Għawdex biex nattendu l-edizzjoni tal-Milied tal-Gozo International Celebration (GIC) u din id-darba stedinna l-ħabib tal-familja li hu ta’ twemmin Buddista.
Għall-ewwel il-ħabib tagħna kien kawt għaliex kellu impressjoni ħażina ħafna tar-rit Kattoliku Ruman. Però ma’ l-ospitalità żewwiġna l-persważjoni u ħadmet.
Dan il-ħabib tagħna mill-Indja kien kuntent ħafna li ġie u qatt ma seta’ jemmen li l-Knisja tagħna hi tant miftuħa għat-twemmin differenti. Grazzi lill-organizzaturi li għal darb’oħra varjaw ħafna l-programm.
Ftit ftit, jekk kull parroċċa tiftaħ idejha b’dan il-mod, it-twemmin Kattoliku jkollu futur isbaħ, aktar inklussiv u verament it-twemmin tagħna jkun universali li jilqa’ lil kull bniedem, hu ta’ liema reliġjon hu.
Grazzi mill-qalb lill-Arċipriet tal-Qala tal-kant sabiħ u spontanju tiegħu.
Marita Attard
Mellieħa
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt