Meta sejrin jagħmlu xi ħaġa fi Triq il-Kosta s-Salina, fid-dħul u
l-ħruġ għat-triq li tagħti għat-telgħa magħrufa t’Alla u Ommu, proprju fejn hemm il-bejjiegħ tal-frott u ħaxix?
Din iż-żona hi perikoluża għal dawk li jkunu jridu joħorġu, speċjalment dawk li jkunu sejrin lejn Baħar iċ-Ċagħaq. Is-sewwieqa ta’ Triq il-Kosta dejjem id-dritta tagħhom u qatt ma’ jċedu lis-sewwieqa l-oħra li jkunu fit-triq li semmejt.
Żġur li hemm bżonn li jsir xi ħaġa għax kulmeta jkun hemm ħabta t-tort jaqa’ fuq dawk li jkunu deħlin u ħerġin mit-triq ta’ Alla u Ommu.
Fis-sajf li għadda niftakar li rajt Pulizija tat-traffiku assenjat biex jiggwida t-traffiku. Dan jikkonferma li veru jeżisti l-periklu li semmejt.
Nieħu l-okkażżjoni biex infaħħar u nirringrazzja lill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Josie Brincat li kulħadd jaf kemm huwa dixxiplinat u prudenti. Tieħu gost tarah ma’ pulizija oħra fit-toroq traffikużi speċjalment f’ċerti ħinijiet.Nitolbu biex isib il-ħin u jasal wasla fit-triq li qed insemmi ħa jara b’għajnejh.
Jalla naslu għal deċiżjoni tajba għall-ġid
tas-sewwieqa. Joseph Paul Tonna
Birkirkara
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt