Nikteb dwar il-bust tal-Granmastru Cottoner li kien iżejjen il-parti ta’ fuqnett tal-Bieb Majestuż
tal-fortifikazzjoni tal-Cottonera.
Żmien twil ilu dan il-bust tneħħa u jekk niftakar tajjeb kien intqal li se jsirlu restawr u jinżamm f’Mużew. Minfloku kellha ssir replika.
Sal-lum din ir-replika għadha ma saritx u f’dan il-bieb fejn kien hemm il-bust issa hemm toqba li tidher minn quddiem u wara tal-bieb.
Naħseb li wara li għadda dan iż-żmien kollu min hu responsabbli minn dan il-bieb jista’ jagħti spjegazzjoni fejn waslu l-affarijiet.
J.M. Briffa
Zabbar
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt