Nhar it-Tnejn 18 ta’ Diċembru fuq stazzjon televiżiv segwejt
l-ewwel intervista li ta fuq it-televixin
l-Arċisqof il-ġdid Pawlu Cremona.
Ir-risposti li ta lill-preżentatur f’din l-intervista kienu mimlija kliem ta’ faraġ qisu missier il-Maltin kollha.
L-Arċisqof wera li Alla jħobb lil kulħadd xorta iżda rridu nkunu aħna li nikkorrispondu mal-grazzja tiegħu bħalma’ Kristu ħafer lill-adultera u qalilha biex ma terġax tidneb.
Mons. Cremona daħal għall-kariga b’rieda qawwija li jkun strument għall-Mulej u għalhekk hemm bżonn li aħna nkunu warajh f’din id-dinja ta’ taqlib.
Qal ukoll li se jkun viċin is-saċerdoti kollha għax jifhem li dawn għandhom ħidma xi jwettqu.
Nirringrazzja lill-Arċisqof preċedenti, Mons. Giuseppi Mercieca, tal-ħidma kbira li wettaq tul it-30 sena fid-djoċesi Maltija, inwegħdu t-talb u l-għajnuna.
Minn qalbi nifraħ lill-ġenituri ta’ Mons. Cremona u li żgur joqgħodu għall-qawl Malti skond iz-zokk il-fergħa, għax binhom u twajjeb bħalhom.
Ralph Micallef
Valletta
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt