24 ta' Diċembru 2006 • Nr 8

Arkivji




 

24 ta' Diċembru 2006
Il-Ministru ma sabx ħin

Nirreferi għall-ittra bit-titlu ‘Tniġġiż u dannu għas-Saħħa’ li deher fil-gazzetta tal-Ħadd 5 ta’ Novembru miktuba minn George Sinagra, resident Żabbari.
Il-Kunsill Lokali Żabbar ilu għal dawn l-aħħar snin iressaq dawn l-ilmenti
lill-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar iżda minkejja dan, dawn l-ilmenti baqgħu ma ngħatawx widen. Ir-residenti li joqogħdu fil-Qasam tad-Djar u fiż-żona ta’ Bulebel iż-Żgħir għadhom qed ibatu inkonvenjenzi kbar kawża ta’ funderija li hemm fil-qrib tagħhom.
Il-Kunsill saħansitra talab li jingħata appuntament mal-Ministru Pullicino biex fost affarijiet oħra jerġgħu jitressqu dawn l-ilmenti iżda anki dan l-appuntament baqa’ ma ngħatax. Jidher li l-Ministru ma sabx ħin biex jisma’ l-ilmenti tar-residenti u wisq jimpurtah li l-operat tal-funderija qed ikun ta’ detriment għal saħħithom.
Nittamaw li jittieħdu passi konkreti mill-aktar fis biex l-ilmenti ta’ dawn ir-residenti jintlaqgħu.

Clyde Caruana
Sindku Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar

 

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt