24 ta' Diċembru 2006 L-isbaħ rigal tal-Milied Julia Farrugia Xi minn daqqiet fil-ħajja jiġru affarijiet għal għarrieda li jxellfu l-ħajja normali ta’ individwu. Bħal sajjetta fil-bnazzi 10 snin ilu Edmond Cefai, missier ta’ żewġt itfal, dak iż-żmien ta’ erba’ snin u ta’ 11, intebaħ li ħajtu kienet fil-periklu.
Beda jħoss rasu tuġgħu. Ħa pilloli ta’ l-uġigħ ta’ ras u bħalma nagħmlu ħafna mill-Maltin Edmond ma tax kas wisq. L-uġigħ baqa’ jippersisti u jiem wara beda jħoss bard qawwi. Fl-aħħar ir-raġel ra tabib li ċċertifikah li kellu problemi f’kilwa minnhom. Huwa jistqarr li “kienet iebsa.”
Il-breathalyser tat-triq mhux prova għall-Qorti Franica Pulis Fi żmien il-festi jiżdied il-konsum ta’ l-alkoħol bil-perikli li jista’ jġib miegħu għal min isuq wara li jkun xorob. Iżda għal min jemmen li t-test tal-breathalyser jista’ jservi ta’ deterrent ma tantx hu l-każ.
Is-siġra tal-Milied iktar popolari mill-presepju James Debono Għalkemm Malta hi meqjusa fost l-iktar pajjiżi nsara jidher li fejn jidħol it-tiżjin tal-Milied, is-siġra, simbolu antik pagan impurtat mill-Ewropa tat-Tramuntana, hi iktar popolari mill-presepju, is-simbolu Kristjan u Mediterranju.
Skond stħarriġ tal-gazzetta Illum filwaqt li 90 fil-mija jżejnu djarhom bis-siġra tal-Milied, 73 fil-mija biss jarmaw il-presepju fi djarhom.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt