Avventura mimlija fantasija bażata fuq in-novella ta’ Christopher Paolini, l-ewwel ktieb mill-Inheritance Trilogy.
Jaqa’ d-dlam… xwabel iħabbtu… il-ħażen jirrenja.
Eragon (Edward Speleers) u d-dragun tiegħu Saphira għadhom kif salvaw
l-istat ribelli milli jinqered minn Re Galbatorix, parti maħduma minn John Malkovich. Issa Eragon irid jivvjaġġa sa Ellesmèra, art l-elfi, biex jitgħallem aktar fuq il-maġija u l-ġlied bix-xwabel. Dan hu l-vjaġġ ta’ ħajtu mimli b’postijiet u nies fantastiċi kif ukoll b’kaos u tradiment tant li Eragon jispiċċa ma jafx ’il min se jaqbad jafda.
Sadattant kuġinuh Roran qed jiġġieled battalja oħra f’Carvahall li tpoġġi lil Eragon f’aktar periklu…
Jieħdu sehem ukoll Jeremy Irons, Sienna Guillory, Chris Egan u Rachel Weisz bħala l-vuċi ta’ Saphira.
Dan film inħareġ mill-KRS Film Distributors.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt