17 ta' Diċembru 2006 • Nr 7

Arkivji




 

17 ta' Diċembru 2006
Saħħa ta’ 20,000

Qrajt b’interess l-artiklu u l-kummenti ta’ Adrian Camenzuli (Illum, 26 ta’ Novembru) dwar il-kaċċa f’Malta għax ta’ lanqas sirna nafu li l-għaqda tas-Senter u l-Gabjun għadha teżisti għax ħlief darba f’Diċembru meta tasal il-ħlas tal-miżata m’aħniex nisimgħu minnha. M’aħniex infurmati fejn qed imorru flusna.
Apparti dan niġu issa dwar dik il-bikja li għamel għax il-Gvern irid ineħħi jew jaqta’ d-delizzju tagħna l-kaċċaturi u n-nassaba.
Jien nagħti tort lill-għaqdiet li jirrappreżentawna li raqdu u ħallewna fl-għama wisq wara li fdajnihom u tajnihom flusna. Ma kien qatt imissu li wasalna fejn wasalna, wara li wegħduna li l-kaċċa u l-insib mhumiex se jintmessu, jekk mhux għall-aħjar. Dan wegħduhulna diversi drabi qabel ir-referendum u anki qabel l-elezzjoni li għaddiet.
Issa li għad fadlilna ftit tad-dawl hemm bżonn li l-għaqdiet li jirrappreżentawna jinsew l-imgħoddi għal ftit u joħorġu qatta bla ħabel kontra kull għadu tal-delizzji tagħna, huma min huma.
Ma ninsewx x’ġara fl-Ungerija għax il-gvern ta’ dak il-pajjiż gideb lill-elettorat. Il-poplu protesta u jekk ikun hemm bżonn aħna għandna nagħmlu l-istess.
Saħħa ta’ mill-anqas 20,000 ruħ mhix ċajta.
M. Camenzuli
Valletta

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt