17 ta' Diċembru 2006 • Nr 7

Arkivji




 

17 ta' Diċembru 2006
Il-Mepa taf x’inhi tagħmel?

Ftit ġranet ilu rċevejt fuljett mill-MEPA fejn fost affarijiet oħra kien jgħid, ‘Pjan lokali biex kulħadd jgħix f’ambjent aħjar’.
X’ħin qrajt din il-frażi bdejt nogħrok għajnejja, ħassejtni li qomt minn xi raqda fejn kelli ħolma kerha. Mort niġri fil-kamra tas-sodda u ttawwalt mit-tieqa li tagħti għall-bitħa. Le, ma kontx ħlomt. Quddiem wiċċi, għaxar piedi ’l bogħod mit-tieqa sibt ħajt għoli tliet sulari.
Sa xi ġimgħat ilu kont nara numru ta’ btieħi li flimkien kienu jiffurmaw ġnien kbir. Issa spiċċa kollox. Ix-xemx m’ għadhiex timlieli kamarti bid-dawl kull filgħodu biex tqajjimni. M’għadniex nista’ nimla l-pulmun tiegħi b’dik l-arja pura li joffru biss is-siġar. M’għadniex nitpaxxa bl-għana ħelu ta’ l-għasafar.
B’daqqa ta’ pinna minn min suppost qiegħed biex jipproteġi l-ambjent, il-Mepa tħassar dak li ġie ppjanat b’tant għaqal u ħsieb minn ta’ qabilna.
Taf x’hini tagħmel il-MEPA? Dan l-isfreġju fl-ambjent huwa kollu approvat bil-barka tal-Gvern preżenti u bis-skiet ta’ l-oppożizzjoni, żewġ partiti, li ironikament dejjem jippużaw ta’ difensuri ta’ l-ambjent.
Ftit ta’ żmien ieħor ngħidu xi żball sar, bħalma qed ngħidu issa fuq il-bini għoli li tela’ fi Triq it-Torri f’
Tas- Sliema. Wara jkun tard wisq, għax l-ebda ħsara ma tissewwa.

Joseph A. Gatt
Sliema

 

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt