10 ta' Diċembru 2006 Il-kuntratt għat-tagħmir mediku
Frar 2002 Ħames kumpaniji jidħlu għat-tender tal-kuntratt għat-tagħmir mediku għall-isptar Mater Dei
Mejju 2002 Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tirrakkomanda li l-kuntratt jingħata lill-konsorzju Ġermaniż Hospitalia.
Diċembru 2002 Id-direttur tal-kuntratti jħabbar li l-kuntratt se jingħata lill-kumpannija Taljana Inso. Is-Simed u l-Hospitalia jappellaw.
3 ta’ Marzu 2003 Jibda jinstema’ l-appell.
1 ta’ Ottubru 2003 Il-bord ta’ l-appell jirrevoka l-għoti tal-kuntratt lill-Inso. Il-Hospitalia huma skwalifikati filwaqt li l-bord jirrakkomanda li jinfetħu negozjati mas-Simed biex jiċċaraw xi punti fit-tender tagħhom. Il-bord, iżda, ma jiskwalifikax lill-Inso.
26 ta’ Diċembru 2003 Toħroġ l-aħbar li l-Gvern jagħti l-kuntratt lill-Inso. Jgħid li ż-żmien kien qed itul iż-żejjed u ma setax jistenna aktar.
29 ta’ Diċembru 2003 Id-direttur ewlieni tas-Simed, Zoodsma, jasal Malta. L-Olandiżi, f’diversi kummenti lill-media Maltija jallegaw li l-Gvern Malti seta’ kellu pressjoni mill-Gvern Taljan biex il-kuntratt jingħata lill-Inso bħala tpattija għall-iffirmar tal-Protokoll Taljan.
1 ta’ Jannar 2004 Iffirmat il-Ħames Protokoll bejn Malta u l-Italja.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt